Hcube-Young

Descrizione Sito

testa ml
hbv ML
hcv ML
hiv ML
sx basso ml

HCUBE Prevention Campaign in Malta

Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qed jorganizza programm ta’ tagħrif bħala parti mill-proġett, li parti mill-fondi għalih ġejjin mill-UE, li jismu H-Cube.  Il-proġett H-Cube hu mmirat lejn żgħażagħ ta’ etajiet bejn il-15 u l-24 sena u jipprovdi informazzjoni dwar tlett infezzjonijiet li jinxterdu b’mod sesswali, u dwar il-kura u l-prevenzjoni tagħhom.  Dawn huma l-HIV, l-Epatite B u l-Epatite Ċ.  

Iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jimlew kwistjonarju online biex jiddeterminaw it-tagħrif u l-attitudnijiet lejn dawn it-tlett infezzjonijiet.  Uffiċjali mit-Taqsima tal-Promozzjoni tas-Saħħa u studenti tal-mediċina ser jagħtu informazzjoni u pariri liż-żgħżagħ li se jkollhom l-opportunita’ li jagħmlu mistoqsijiet dwar is-suġġett.  Dawk li jirrispondu, aktar tard jirċievu kwistjonarju ieħor li jkunu jistgħu jimlew online ukoll.

Il-postijiet fejn ser ikun hemm dawn is-sessjonijiet huma hekk:

The Point Sliema: 28 ta’ Lulju 2011 - minn 12.00 sas-7.30pm
Gallarija: 29 ta’ Lulju 2011 - mis-7.00pm sal-11.00pm
Gozo Ferry: 29 ta’ Lulju 2011 - mill-10.00am sas-7.00pm
Bay Street: 5 ta’ Awissu 2011 - mis-6.00pm sal-10.00pm

Ejja ltaqgħa magħna!  Tkun tista’ titgħallem aktar dwar saħħtek!

piede ml